0753
Jum il-Mulej
IL-LITURGIJA TAL-KELMA
L-EWWEL QARI
(18:1-100)
Qari mill-Ktieb tal-Genesi
F'dak iż-żmien, il-Mulej deher lil Abraham ħdejn il-ballut ta' Mamri; u hu kien fil-bieb tal-gharix fl-aqwa tas-shana tal-jum.
U rafa' għajnejh u hares, u ra tlitt irġiel weqfin quddiemu; u malli rahom mar jiġri jilqagħhom mill-bieb tal-għarix u nxtehet wiċċu fl-art quddiemhom. U qal: «Sidi, jekk jien sibt ħniena f'għajnejk, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek. Ha nġib ftit ilma u ahslu riģlejkom, u striehu taht is-sigra, sakemm inġibilkom gidma hobż, biex titrejqu, imbagħad tibqghu sejrin - ghax għalhekk għaddejtu għand il-qaddej tagħkom. U huma qalulu: <<Tajjeb, agħmel kif ghidt.>>>
U Abraham haffef lejn l-gharix, ħdejn Sara, u qalilha: «Fittex lesti tliet sighan smid, aghġnu u agħmlu ftajjar.>>> U Abraham mar jiġri ħdejn il-baqar u ha ghoġol tari u sabih, u tah lill-qaddej; u dan fittex ilestih. U ha l-baqta u 1-halib u l-għoġol li kien lesta, u qegħedhom quddiemhom. U hu baqa' bilwieqfa quddiemhom taħt is-siġra, u huma bdew jieklu. U staqsewh: «Fejn hi Sara, martek?» U hu weġibhom: <<<Hemm fl-gharix.» U qallu: «Nerġa' niġi għandek bħal dan iż-żmien sena, u ara, Sara martek ikollha iben.>>> II-Kelma tal-Mulej.
Irroddu hajr lil Alla.
IS-16-IL HADD TA' MATUL IS-SENA
Sena C-20 ta' Lulju 2025 n. 1412
Is-sigra ta' Abraham, il-Ballut ta' Mamri. Hebron, 1-Art Imqaddsa. (ritratt antik)
SALM RESPONSORJALI
. Mulej, min jghammar
fid-dar tieghek?
(Salm 14)
Min jghix bla ħtija u jagħmel it-tajjeb, min jgħid is-sewwa f'qalbu; min ma jqassasx bi lsienu. R.
Min ma jagħmilx deni lil ġaru, u ma jghajjarx lil ghajru; min ma jistmax lill-bniedem hażin, imma jweġġah lil dawk li jibżgħu mill-Mulej. R
Min jislef u ma jitlobx imgħax, u ma jixxahhamx kontra min hu bla ħtija.
Min jagħmel dan qatt ma jitharrek. R