0753
IT-TIENI QARI
(1:24-28)
Qari mill-Ittra
ta' San Pawl Appostlu lill-Kolossin
Huti, jien issa nifrah bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f'ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu ghall-ġisem tieghu li hu l-Knisja.
Taghha jiena sirt ministru, skont ma tani nagħmel Alla ghalikom, jiġifieri li nxandar b'mod shih il-Kelma ta' Alla, il-misteru li kien mohbi sa miż-żminijiet u l-ġenerazzjonijiet kollha, u li issa hu mgharraf lill-qaddisin tiegħu.
Lil dawn Alla ried jgharrafhom kemm huwa kbir l-għana tal-glorja ta' dan il-misteru fost il-pagani: Kristu hu fikom, it-tama tal-glorja tagħkom. Lilu ahna nħabbru lill-bnedmin kollha, u nwissu u ngħallmu lil kulħadd bl-għerf kollu biex inwasslu lil kull bniedem għall-perfezzjoni fi Kristu.
Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu hajr lil Alla.
AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANGELJU Hallelujah. Hallelujah.
(Lq 8:15)
Henjin dawk li jisimgħu l-kelma b'qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu shih.
Hallelujah
L-EVANGELJU
(10:38-42)
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F'dak iż-żmien, Gesù dahal f'rahal, u laqgħetu għandha wahda mara jisimha Marta.
Din kellha ohtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda friglejn il-Mulej tisimgħu x'kien qiegħed jghid.
Iżda Marta kienet moħħha fuq il-hafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: «Mulej, m'intix tara kif ohti halliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela ghidilha taqbad tagħmel xi ħaġa mieghi. Qabeż il-Mulej u qalilha: «Marta, Marta! Inti tahseb wisq u tinkwieta fuq hafna ħwejjeġ; imma wahda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jittehdilhiex.>>>
Il-Kelma tal-Mulej.
Tifhir lilek Kristu.
Aqra, ifhem u ghix il-Kelma ta' Alla
Ġesù ma' Marta u Marija.
TALBIET
TA' INTERCESSJONI
Issa li smajna l-Kelma ta Alla u rriflettejna dwar dak li trid turina, ejjew b'fiduċja ta' wlied nitolbu lill-Missier jghinna.
www.jumilmulej.cakmalta.org